Fl-aħħar sigħat fiequ sitta u tletin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tnejn u erbgħin każ minn tlett elef mitejn u sebgħa u erbgħin test, biex il-każijiet attivi huma sitt mija, sebgħa u tmenin.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun, mija u wieħed u sebgħin elf, sitt mija u erbgħa u tletin test.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll seba’ mija, tlieta u disgħin elf, u ħmistax-il doża tal-vaċċin.
Minnhom, erba’ mija u ħdax-il elf, seba’ mija u tmienja u erbgħin kienu tal-ewwel doża u erba’ mija u għaxart elef, ħames mija u tnejn u tletin persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm sitta u tletin persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl -aħħar sigħat ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.