Fl-aħħar sigħat fiequ 36 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 33 minn fost 2,129 test.
Dan ifisser li 98.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 1.6% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 853,286 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 285,587 doża.
Minnhom, 93,727 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kien hemm ebda persuna li tilfet ħajjitha waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.