Fl-aħħar sigħat fiequ 358 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 224 każ minn fost 3,749 test.
Dan ifisser li 94.1% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 5.9% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 783,735 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 143,169 doża.
Minnhom, 43,919 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ 93 sena, anzjan ta’ 78 sena u anzjan ta’ 71 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.