Fl-aħħar sigħat, fiequ tliet mija u tlieta u ħamsin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew mitejn u sebgħa u għoxrin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elfejn, tmien mija u tlieta u għoxrin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u ħmistax-il elf, mitejn u tmienja u għoxrin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija wieħed u tletin elf u tmien mija u erbgħa u għoxrin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm erbgħa u disgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li ħamsa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ħames anzjani ta’ tmienja u sebgħin, disgħa u sebgħin, tmenin, tlieta u tmenin u sitta u tmenin sena mietu waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.