Fl-aħħar sigħat fiequ ħamsa u tletin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew erbgħa u tletin każ minn fost elfejn tliet mija u tnejn u sittin test, biex il-każijiet attivi niżlu għal sitt mija erbgħa u tletin.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun, mija u sebgħa u tmenin elf, mija u tmienja u disgħin test.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll seba’ mija u ħamsa u disgħin elf, sitt mija u disgħa u erbgħin doża tal-vaċċin. Minnhom erba’ mija u tlettax-il elf, mitejn u ħamsa kienu l-ewwel doża u erba’ mija u tnax-il elf u tnejn u sittin persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm tnen u tletin persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma kien hemm l-ebda mwiet b’rabta mal-covid-19.