Fl-aħħar sigħat, fiequ 35 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 25 każ minn fost 2,112-il test.
Dan ifisser li kważi 98.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 1.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 858,830 test.
Ingħataw ukoll aktar minn 311,559 tal-vaċċin filwaqt li 99,574 tlaqqmu biż-żewġ dożi.
Fl-aħħar sigħat, anzjan ta’ 67 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.