Fl-aħħar sigħat fiequ 35 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 16-il każ, biex il-każijiet attivi jgħoddu għal 263.
Sal-bieraħ, ingħataw 838,419-il doża tal-vaċċin, li minnhom 22,611 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 7 persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.