Fl-aħħar sigħat fiequ 345 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 201 każ minn fost 3,946 test.
Dan ifisser li 95% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 5% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 729,004 testijet.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 97,864 doża. Minnhom, 32,862 persuna ħadu t-tieni doża.