Fl-aħħar sigħat, fiequ 332 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 63 każ minn fost 2,101.
Dan ifisser li 97.1% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 2.9% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 805,284 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw aktar minn 180,587 tilqima. Minnhom, 51,237 ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, miet anzjan ta’ 73 sena li kien pożittiv għall-COVID-19.