Fl-aħħar sigħat fiequ 33 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 62 każ minn fost 3,351 test, biex bħalissa hawn 719-il każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,204,857 test.
Ingħataw ukoll 798,760 doża tal-vaċċin. Minnhom, 415,003 persuni ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 413,600 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 33 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, tnejn minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant, anzjana ta’ 64 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.