Fl-aħħar sigħat fiequ 323 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 191 każ minn fost 3,413 test.
Dan ifisser li 94.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 5.6% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 787,148 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 145,934 doża. Minnhom, 44,483 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ 99 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.