Fl-aħħar sigħat fiequ tnejn u tletin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew sitta u sittin każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma seba’ mija u erbgħa.
Sal-bieraħ, ingħataw disa’ mija u tmintax-il elf, tliet mija, u disa’ doża tal-vaċċin, li ħamsa u tmenin elf, mija u tmienja u tletin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm ħmistax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.