Fl-aħħar sigħat fiequ 32 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 22 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 574.
Sal-bieraħ, ingħataw 811,753 doża tal-vaċċin, li 5,059 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 22 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ 90 sena u anzjan ta’ 99 mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.