Fl-aħħar sigħat, fiequ 318-il persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 240 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 2,742.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,216,897 doża tal-vaċċin, li minnhom, 332,467 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 92 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li ħamsa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, żewġt irġiel ta’ 63 u 93 sena u mara ta’ 87 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.