Fl-aħħar sigħat, fiequ 316-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 158 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 2,393.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,221,565 doża tal-vaċċin, li minnhom, 334,132 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 84 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Coronavirus, li 5 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, anzjana ta’ 87 sena, raġel ta’ 38 sena u żewġ anzjani rġiel ta’ 82 sena u 90 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Coronavirus.