Fl-aħħar sigħat fiequ 314-il persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 179 każ minn fost 4,046 test.
Dan ifisser li 95.6% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 4.4% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 776,252 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 138,264 doża.
Minnhom, 42,557 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ 77 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19 fl-isptar Mater Dei.