Fl-aħħar sigħat, fiequ 310 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 195 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 2,555.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,220,359, li minnhom 333,738 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 86 persuna l-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-Coronavirus, li sitta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, żewġ anzjani nisa ta’ 84 u 87 sena, u tliet anzjani rġiel ta’ 80, 83 u 86 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19.