Fl-aħħar sigħat fiequ wieħed u tletin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew erbgħa u sittin każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma sitt mija u sitta u tletin.
Sal-bieraħ, ingħataw disa’ mija u ħdax-il elf, sitt mija, u għoxrin doża tal-vaċċin, li disgħa u sebgħin elf, mitejn u tlieta minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm sittax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.