Fl-aħħar sigħat fiequ 31 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 53 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 743.
Sal-bieraħ, ingħataw 802,042 doża tal-vaċċin. Minnhom, kien hemm 1,257 li kienu dożi addizzjonali, li qed jingħataw lill-anzjani fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 31 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, anzjan ta’ 77 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.