Fl-aħħar sigħat fiequ 31 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 9 każijiet minn fost 1,766 test.
Dan ifisser li 99.5% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 0.5% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 883,785 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 375,986 doża. Minnhom, 257,781 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 119,427 persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.