Fl-aħħar sigħat fiequ 30 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 14-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 311.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 824,327 doża tal-vaċċin, li 12,071 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 5 persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei u ħadd minnhom ma jinsab fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, raġel ta’ 66 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.