Fl-aħħar sigħat fiequ 3 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 101 każ minn fost 3,224 test, biex bħalissa hawn 457 każ attiv.
B’kollox, fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,015,801 test.
Ingħataw ukoll 705,852 doża tal-vaċċin. Minnhom, 371,421 kienu l-ewwel doża u 349,961 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.