Fl-aħħar sigħat fiequ mitejn u tlieta u disgħin persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tnejn u tmenin każ minn fost tlett elf, tliet mija u sitta u erbgħin test, biex bħalissa hawn elf, tliet mija u tlieta tletin każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun, mija u tlett elef, tliet mija u disa’ testijiet.
Ingħataw ukoll seba’ mija, ħamsa u sittin elf, erba’ mija, u sbatax-il doża tal-vaċċin. Minnhom, erba’ mija u elf, sitt mija u erbgħa u erbgħin persuna ħadu l-ewwel doża u tliet mija, sebgħa u tmenin elf, u erba’ mitt persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm tletin persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, ħamsa minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li l-età medja tal-każijiet tat-Tlieta kienet ta’ sebgħa u tletin sena.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.