Fl-aħħar sigħat, fiequ 292 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 109 każijiet.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 1,197.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,233,948 doża tal-vaċċin, li minnhom 339,312 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 45 persuna l-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa ma ġewx irrapportati imwiet kawża tal-COVID-19.