Fl-aħħar sigħat fiequ 291 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 102 każi minn fost 3,049 test.
Dan ifisser li 96.7% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u tlieta punt 3.3% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 795,647 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 160,260 doża. Minnhom, 47,081 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ 76 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.