Fl-aħħar sigħat fiequ 29 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 41 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 722.
Sal-bieraħ, ingħataw 800,572 doża tal-vaċċin. Minnhom, kien hemm 530 li kienu dożi addizzjonali, li bdew jingħataw mill-bieraħ lill-anzjani fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 29 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.
Intant, mil-lum, l-enfasi fl-aġġornament ta’ kuljum fuq il-paġna tas-SAĦĦA bin-numri tal-COVID-19, beda jkun fuq kemm hemm nies l-isptar.