Fl-aħħar sigħat fiequ 29 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 13-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 471.
Sal-bieraħ, ingħataw 814,957 doża tal-vaċċin, li 6,141 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 15-il persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, anzjana ta’ 94 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.