Fl-aħħar sigħat fiequ 29 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 9 każijiet minn fost 1,971 test.
Dan ifisser li 99.6% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 0.4% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 878,041 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 359,429 doża. Minnhom, 112,731 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.