Fl-aħħar sigħat, fiequ mitejn u tmienja u tmenin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew disgħa u sebgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ disa’ mija u tmienja u tmenin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun mitejn erbgħa u tletin elf sitt mija u tmienja u tmenin doża tal-vaċċin, li minnhom tliet mija disgħa u tletin elf sitt mija u tlieta u ħamsin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm sitta u erbgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-Covid-19, li erbgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa ma ġewx irrappurtati imwiet kawża tal-COVID-19.