Fl-aħħar sigħat fiequ 287 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 268 każ minn fost 4,305 testijiet.
Dan ifisser li 93.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 6.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 755,060 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 120,073 doża. Minnhom, 39,099 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta’ 89 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.