Fl-aħħar sigħat fiequ 286 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 55 każ minn fost 2,086 test.
Dan ifisser li 97.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 2.6% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 807,370 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 186,111-il doża. Minnhom, 52,340 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta’ 78 sena u anzjana ta’ 83 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/03/30/in-numru-ta-kazijiet-attivi-jinzel-taht-id-disa-mija-izda-l-appell-ghall-kawtela-jibqa/