Fl-aħħar sigħat, fiequ 286 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 186 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 2,230.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,223,793 doża tal-vaċċin, li minnhom, 335,128 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 89 persuna l-Isptar Mater Dei li huma infettati bil-Covid-19, li erbgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, anzjana ta’ 85 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.