Fl-aħħar sigħat, fiequ mitejn u ħamsa u tmenin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew elf mija u sebgħa u erbgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ erbatax-il elf mija u wieħed u għoxrin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, sitta u tmenin elf, tliet mija u erbgħa u sebgħin doża tal-vaċċin, li minnhom, mitejn u sitta u tletin elf, disa’ mija u tnejn u erbgħin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm mija u erbgħa u għoxrin persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid, li ħamsa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa raġel ta’ ħamsa u sittin sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.