Fl-aħħar sigħat, fiequ 280 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 214-il każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 2,675.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,218,503 dożi tal-vaċċin, li minnhom, 333,053 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 98 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Coronavirus, li 5 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, anzjan ta’ 78 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Coronavirus.