Fl-aħħar sigħat fiequ 28 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 83 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 1,007.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 939,732 doża tal-vaċċin, li 104,989 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 13-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, raġel ta’ 63 sena u anzjan ta’ 76 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/11/25123947/260467301_263470099141414_4311421744674088152_n-1008x1024.jpg)