Fl-aħħar sigħat fiequ 28 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 30 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 745.
Sal-bieraħ, ingħataw 802,798 doża tal-vaċċin. 1,320 minnhom kienu dożi addizzjonali, li bdew jingħataw minn din il-ġimgħa lill-anzjani fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 32 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.