Fl-aħħar sigħat, fiequ mitejn, disgħa u sebgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew seba’ mija, sebgħa u erbgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ tnax-il elf, sitt mija, tmienja u tmenin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, tlieta u sebgħin elf u sitta u erbgħin doża tal-vaċċin, li minnhom, mitejn, erbgħa u għoxrin elf, disgħa mija, tnejn u għoxrin kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm mija u għaxar persuni li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, li sebgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, raġel ta’ tnejnu ħamsin sena u ieħor ta’ tmienja u sebgħin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.