Fl-aħħar sigħat fiequ sebgħa u għoxrin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew ħamsa u għorxin każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma mitejn, tnejn u disgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija, wieħed u tletin elf, mija u tlettax-il doża tal-vaċċin, li sbatax-il elf, ħames mija, sebgħa u disgħin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm tminn persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei u m’hemm ħadd fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.