Fl-aħħar sigħat fiequ 26 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew ħamsin (50) każ, biex b’hekk il-każijiet attivi bħalissa huma 747.
Sal-bieraħ, ingħataw 806,726 doża tal-vaċċin.
2,955 minnhom kienu dożi addizzjonali, li bdew jingħataw minn din il-ġimgħa lill-anzjani fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 32 persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei. 5 minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar 24 siegħa, ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.