Fl-aħħar sigħat, fiequ 258 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 182 każ minn fost 3,945 test.
Dan ifisser li aktar minn 95.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 4.6% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru aktar minn 725,058 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 95,899 tilqima. Minnhom, aktar minn 32,420 ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, mietu ħames persuni li kienu pożittivi għall-COVID-19; mara ta’ 63, u tlett irġiel ta’ 95, 78 u 50 mietu fl-Isptar Mater Dei, u raġel ta’ 51 miet fir-residenza privata tiegħu.