Fl-aħħar sigħat fiequ 25 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 48 każ minn fost 3,117-il test, biex bħalissa hawn 656 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,190,315-il test.
Ingħataw ukoll 796,333 dożi tal-vaċċin. Minnhom, 413,598 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 412,419-il persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 31 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, wieħed minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Anzjan ta’ 73 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.