Fl-aħħar sigħat, fiequ mitejn u disgħa u erbgħin oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew elf, u tletin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ tnax-il elf, mitejn u tnejn u għoxrin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, u tnejn u sebgħin elf, mitejn u erbgħa u sebgħin doża tal-vaċċin, li minnhom, mitejn u erbgħa u għoxrin elf, mija u disgħin kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm disgħa u disgħin persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid, li sebgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.