Fl-aħħar sigħat, fiequ mitejn u erbgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tmin mija u tnax-il każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ tlettax-il elf mitejn u sittin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, ħamsa u sebgħin elf, disa’ mija u sitta u disgħin doża tal-vaċċin, li minnhom, mitejn u sebgħa u għoxrin elf, sitt mija u tmienja u erbgħin kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm mija u tnejn u għoxrin persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid, li sebgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.