Fl-aħħar sigħat fiequ erbgħa u għoxrin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew ħamsa u għoxrin każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma mitejn u disgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija, tmienja u erbgħin elf, erba’ mija, ħamsa u erbgħin doża tal-vaċċin, li disgħa u għoxrin elf, disa’ mija u disgħin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm ħdax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li persuna minnhom tinsab fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.