Fl-aħħar sigħat, fiequ 236 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 175 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 2,331.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,222,529 doża tal-vaċċin, li minnhom, 334,448 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 90 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li ħamsa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, raġel ta’ 65 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.