Fl-aħħar sigħat fiequ 230 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 362 każ minn fost 4,146 test.
Dan ifisser li 91.3% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 8.7% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 713,482 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 86,854 doża. Minnhom, 30,329 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, mara ta’ 68 sena, anzjana ta’ 76 sena, anzjan ta’ 75 sena u raġel ta’ 64 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.