Fl-aħħar sigħat fiequ 230 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 210 każijiet minn fost 3,734 test.
Dan ifisser li 94.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 5.6% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 779,986 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 140,331 doża. Minnhom, 43,267 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta’ 85 sena, anzjan ta’ 68 sena, anzjana ta’ 84 sena u żewġ nisa ta’ 74 sena mietu waqt li kienu pożittiv għall-Covid-19.