Fl-aħħar sigħat fiequ 23 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tmien każijiet.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 204.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 875,862 doża tal-vaċċin, li 49,953 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm disa’ persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, anzjan ta’ 69 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.