Fl-aħħar sigħat fiequ 23 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 10 każijiet.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 251.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 863,183 doża tal-vaċċin, li 41,425 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 14-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjan ta’ 86 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.