Fl-aħħar sigħat fiequ 23 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 11-il każ minn fost 1,524 test.
Dan ifisser li 99.3% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 0.7% fil-mija ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 885,309 testijiet.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 379,951 doża. Minnhom, 258,766 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 121,185 persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19